Darren Debono flimkien ma’ tliet Maltin oħra spiċċaw irreġistrati fis-sanzjonijiet tad-Dipartiment tal-Finanzi tal-Istati Uniti. L-aħħar li Debono ssemma fl-aħbarijiet kien li jinsab priġunier fi Sqallija.
Dan hekk kif fil-mira tal-awtoritajiet Amerikani kien hemm it-traffikanti taż-żejt tal-kuntrabandu mil-Libja, bil-għan li jxekklu l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali.
Fi stqarrija l-awtoritajiet Amerikana spjegaw li sitt persuni, fosthom l-erba’ Maltin li huma; Darren Debono, Gordon Debono, Roderick Grech, Terence Micallef – erbgħa w għoxrin kumpanija u seba’ bastimenti ġew sanzjonati filwaqt li friżawlhom kull assi li għandhom taħt il-ġuriżdizzjoni Amerikana.
Għaldaqstant ġie spjegat li 21 kumpanija kkontrollati minn Darren Debono u Gordon Debono spiċċaw affettwati. Fost dawn hemm ristorant ewlieni fil-Belt Valletta, flimkien ma’ tlett kumpaniji oħra li kienu involuti fil-kuntrabandu taż-żejt.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda kkundannat bla ebda riżervi il-kuntrabandu taż-żejt mil-Libja li laħaq ammonti elevati wara l-waqgħa mill-poter ta’ Muammar Gaddafi.
//= $special ?>