Hemm misteru dwar ‘UFO’, li f’Ottubru, għadda ‘b’veloċità qawwija’ minn fuq l-Istat ta’ Oregon fl-Istati Uniti qabel ‘għab’ mill-inħawi.
Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, dakinhar -il-25 ta’ Ottubru li għadda – kienu nqabdu fuq sieq waħda u fl-ebda ħin ma rnexxielhom jikkuntattjaw jew jinterċettaw lil dan il-‘UFO’. Lanqas ma rnexxielhom isibu traċċi tiegħu l-ajruplani militari tat-tip F-15 li kienu telgħu ftit wara bil-għan li jinterċettaw lill-inġenju.
Agħafas hawn għar-recording tat-torri tal-kontroll waqt l-inċident
Intant, reġistrazzjoni ta’ dak li nqatal fuq ir-radju li ħarġu issa żvelaw ‘il-mumenti tal-kaos, konfużjoni u ansjetà’ waqt li l-militar kien qed jipprova jirreaġġixxi għaċ-ċirkustanzi fost l-isforzi biex jidentifika lill-inġenju misterjuż.
Il-filmati jiddettaljaw, fost oħrajn, kif ‘il-UFO deher f’daqqa, minn imkien,’ fost l-allarm tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u qabel sparixxa mingħajr traċċi.
L-allert beda meta fil-25 ta’ Ottubru‘UFO’ deher qrib il-fruntiera ta’ Oregon, bil-piloti tal-ajruplani jilmħu l-aħħar dehra tal-inġenju qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Portland.
Fl-ewwel dehriet tiegħu, l-allegat ‘UFO’ kien qed jivvjaġġa ‘bħal berqa’ minn fuq Crater Lake lejn il-Wied ta’ Willamette waqt li l-kontrolluri tal-ajru ppruvaw li setgħu biex jiffissaw l-oriġini tiegħu.
L-uffiċjali, imbagħad, segwew il-movimenti tal-inġenju permezz tar-radar iżda maż-żmien huma tilfu kull ħjiel, fejn lanqas ma rnexxew l-isforzi għat-tracking jew għal xi forma ta’ kuntatt miegħu.
Aktar ’il quddiem, is-sorsi involuti ma’ titjira tal-linja United Airlines ikkuntattjaw lill-awtoritajiet relevanti bl-aħbar li ‘kienu raw UFO mill-bogħod u li dan ma kellu l-ebda marki viżibbli jew forom ta’ identifikazzjoni.
Ladarba l-UFO sparixxa minn fuq ir-radar, il-piloti tal-ajruplani f’dik iz-zona bdew jirrappurtaw lura biex jesprimu ‘xokk għall-preżenza ta’ inġenju irrikonoxxibbli fir-rotot għat-titjiriet stabbiliti’.
Filwaqt li l-inġenju ma deherx aktar, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fallew milli jindikaw xi traċċi, minkejja l-preżenza ta’ sensors ta’ kalibru qawwi, b’uħud ma jeskludux li l-inġenju seta’ kien qed jaħdem b’sistema magħrufa bħala stealth.
Il-misteru qed ikompli, bis-sorsi jgħidu li l-inġenju seta’ kien ajruplan sigriet li fuqu qed jaħdem il-militar Amerikan.
//= $special ?>

