Għawdex

Taħbat f’vann ipparkjat; il-passiġġier iweġġa’ gravi

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji
Il-ferut hu anzjan ta' 73 sena mill-Għasri

Illum għall-ħabta tas-1:30pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Mġarr, ix-Xewkija.

Il-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex marru minnufih fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 70 sena mill-Għasri tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha, Toyota Vitz, bil-konsegwenza li ħabtet f’vettura tat-tip Ford Transit, li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu raġel ta’ 73 sena li kien passiġġier fit-Toyota, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.