Internazzjonali

Terremot f’Papua New Guinea

Terremot qawwi li mmarka 7.5 fuq l-Iskala Richter laqat lill-provinċja ta’ Southern Highlands b’effett għall-produzzjoni taż-żejt u l-gass u meta l-impatt kellu wkoll konsegwenzi għas-sistema tal-komunikazzjoni lokali.
It-theżżiża prinċipali seħħet qrib iċ-ċentru tal-gżira ewlenija ta’ Papua New Guinea, li tinsab xi 560 kilometru mill-kapitali, Port Moresby. It-terremot, intant, kien irreġistrat f’fond ta’ 35 kilometru, iżda ma daħlux rapporti immedjati dwar vittmi jew ħsarat.
Min-naħa tagħhom, diversi aġenziji għall-għajnuna qalu li s-sitwazzjoni ta’ komunikazzjoni fqira fiz-zona effettwata kienet qed tagħmilha diffiċli għalihom biex jevalwaw il-ħsarat u l-potenzjal ta’ persuni midruba.