Force India u Toro Rosso kienu l-aħħar żewġ timijiet li żvelaw il-karozzi tagħhom għal dan l-istaġun qabel il-bidu tat-testijiet tal-pre-season ilbieraħ. Iż-żewġ timijiet ħabbru l-karozza rispettiva fil-pit lane fiċ-Ċirkwit ta’ Katalunja madwar siegħa qabel ma bdiet is-sessjoni.

Force India jidher li se jippruvaw jibnu fuq il-karozza tas-sena l-oħra, li biha spiċċaw ir-raba’ fil-kampjonat tal-kostrutturi. Toro Rosso fuq in-naħa l-oħra se jkun l-ewwel staġun bil-magna l-ġdida Honda.
Red Bull bdew ir-relazzjoni mat-tieni tim tagħhom biex ikollhom għażla dwar possibbiltà ta’ relazzjoni flimkien fil-futur.

Is-sewwieq min-New Zealand Brendon Hartley se jsuq it-Toro Rosso fl-ewwel ġurnata minn erbgħa fit-testijiet. Nikita Mazepin saq il-karozza tal-Force India lbieraħ, bis-sewwieqa proprja Esteban Ocon u Sergio Perez se jsuqu għall-kumplament tal-ġimgħa.
//= $special ?>