Tweet qasir u sempliċi mill-personalità Amerikana Kylie Jenner seta’ kien il-kaġun li l-app popolari Snapchat tilfet miljuni kbar ta’ ewro fil-valur tagħha.
Fit-tweet tagħha, Jenner staqsiet jekk in-nies għadhomx jużaw Snapchat, wara ġimgħat ta’ kritika minħabba l-verżjoni aġġornata tal-istess app. “Does anyone else not open Snapchat anymore? Or is it just me?” kitbet Jenner fuq Twitter.
L-influwenza qawwija li għandha Jenner fuq il-media soċjali jidher li ħalla impatt kbir fuq Snapchat, għax sal-aħħar tal-ġurnata, il-kumpanija tilfet 6% tal-valur – jiġifieri aktar minn $1.3 biljun dollaru.
sooo does anyone else not open Snapchat anymore? Or is it just me… ugh this is so sad.
— Kylie Jenner (@KylieJenner) February 21, 2018
Kylie Jenner hija personalità u mudella Amerikana li kienet kisbet il-popolarità madwar id-dinja minħabba s-serje televiżiv ‘Keeping Up with the Kardashians’.
//= $special ?>