Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jkun qed ineħħi mit-toroq tal-Belt Kapitali, l-vetturi l-karb li jduru biex jiġbru l-iskart. Minflok sar investiment biex jibdew jintużaw trakkijiet żgħar li jiġbru l-iskart dan bl-iskop li li l-ambjent tal-lokal ikun aħjar għal kulħadd kemm għar-residenti kif wkoll għal min jidħol sal-Belt Valletta.
Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mis-Sindku tal-Lokal Alexi Dingli kif wkoll mis-Segretarju Paralmentari Deo Debattista.
Is-Sindku spjega kif fiż-żoni residenzjali fil-Belt Valletta se jkunu qed jintużaw il-vetturi ż-żgħar li jiġbru l-iskart.
Is-Sindku Alexei Dingli qal anke li biex dan il-proġett jirnexxi jistenna l-kollaborazzjoni tat-residenti u anke tal-attivita’ kummerċjali li jimxu mal-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart li se jitħabbru ‘il quddiem.
Il-vetturi li se jintużaw huma konformi mal-Avviż Legali li se jidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin b’kollaborazzjoni mal-cleansing department.
//= $special ?>