Lokali Turiżmu

Addio bezzun!

Il-menu l-ġdid, li se jkun bil-flus, se jinkludi 70 għażla ta' ikel u xorb

Jidher illi l-bezzun tal-Air Malta se jkun fost l-ewwel li jaqilgħuha bir-riformi li daħħal il-Ministru Konrad Mizzi.

Skont sorsi li tkellmu mas-sit LovinMalta il-bezzun bla ħlas se jinqata’ kompletament. Minflok, il-linja nazzjonali se tintroduċi menu varjat ta’ ikel u xorb li jkunu bi ħlas.

Sa issa għadu mhux magħruf eżatt il-ħlasijiet li se jintalbu l-passiġġieri għall-ikel abbord l-ajruplani tal-Air Malta.