Lokali Parlament

Appell biex ma jsirx bini f’Wied Għomor u jkun salvat

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli appellat biex ma jkunx approvat permess għal bini ta’ dar għall-anzjani f’Wied Għomor u b’hekk ikun salvat dan il-wied.

Fl-Aġġornament tal-parlament Marthese Portelli qalet li sentejn ilu r-residenti tas-Swieqi, San Ġwann u San Ġiljan kienu għamlu minn kollox biex ikun salvat Wied Għomor mnn proposta biex tinbena djar għall-anzjani. Dan minkejja li l-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar ma jippermettux li dan l-iżvilupp isir.

Hi appellat lit-tribunal tal-Awtorità biex jikkunsidra din il-pożizzjoni għax nhar il-Ħamis li ġejn se tingħata id-deċiżjoni finali dwar jekk l-applikazzjoni tkunx approvata. Dak li kien inaċċettabbli sentejn ilu għadu inaċċettabbli llum, anki jekk saru xi kmabjamenti żgħar fil-bini propost.

Marthese Portelli qalet li fil-Wied m’għandux isir il-bini proposti għaliex dan hu l-uniku pulmun li fadal fiż-żona qalb il-ħafna konkrit li qed jittella’ fost dawk il-lokalitajiet li huma kunsidrati bħala lokalitjiet f’densità qawwija bħal San Ġwann u San Ġiljan. Il-bini għandu jsir fejn u kif suppost.

Hi qalet li Wied Għomor għadu fl-istat naturali tiegħu, kien u għadu fl-ODZ u hu żona skedata skont il-pjan lokali. Hemm ukoll il-policies dwar id-djar għall-anzjani li m’għandhomx jinbnew fil-widien iżda fiċ-ċentri tal-komunitajiet biex l-anzjani jintegraw fil-komunità.

Hi semmiet il-policies tal-ISPED u qalet li hu inkwetanti li t-tribual jikkwota nofs policy biex isir sfreġju u jkun approvat dak li ma setax ikun approvat. Dan seħħ fir-rigward ta’ djar għall-anzjani oħra propja bejn l-Għarb u Ta’ Pinu f’Għawdex. It-tribunal qal li tista’ ssir dar għall-anzjani għax kkwota biss nofs policy.

Hi pproponiet li jsir analiżi dwar il-bini ta’ valur storiku biex id-deċiżjoni aħħarija ma titteħidx mill-Awtorità tal-Ippjanar waqt li l-master plans jkunu kkunsidrati bi prijoità u b’mod ħolisitiku.