Aġġornata
Anzjana spiċċat vittma ta’ frodist li għamel tabirruħu li kien distributur Tal-Gass.
Ir-raġel inqabad f’filmat minn kamera tas-sigurtà li ttella’ online minn bint il-vittma, li kitbet li dan ir-raġel seraq iċ-ċilindru kif ukoll il-flus għal ċilindru ieħor.
Mill-filmat jirriżulta li r-raġel ħabbat il-bieb u għamel tabirruħu li kien distributur tal-gass. Wara li refa’ ċ-ċilindru fuq spallejh, ir-raġel baqa’ jistenna li l-mara ttih il-flus. Malli ħa l-flus, hu sparixxa.
Bint il-vittma għamlet appell fuq Facebook biex il-filmat jinxtered ħalli “ħadd ma jerġa’ jingidem”, imma skont informazzjoni li għandu NET News, ir-raġel inqabad mill-Pulizija fl-aħħar ħin.
//= $special ?>