Il-Kantant Freddie Portelli, magħruf bħala r-Re tar-rock n Roll f’Malta, u li ilu aktar minn 60 sena fix-xena tal-mużika, se jagħmel kunċert ieħor li jinkludi wħud mill-aqwa suċċessi fil-karriera tiegħu.
Freddie Portelli beda mal-Malta Bums u fost il-kanzunetti li għamel suċċess bihom hemm il-kanzunetta Viva Malta.
Suċċess ukoll bil-kanzunetta Mur ħallini u Itlaq ‘l hemm, fost ħafna kanzunetti oħra.
Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Għall-biljetti wieħed jista’ jċempel id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fuq 25965262.
//= $special ?>