Għawdex Mużika

Il-funeral ta’ Joseph Vella se jsir is-Sibt

L-aħħar tislima se tingħata fil-Bażilika ta' San Ġorġ Martri fir-Rabat Għawdex

Nhar is-Sibt fit-3pm se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lill-Prof. Joseph Vella – is-surmast Għawdxi li miet il-Ħadd, u li ħalla warajh wirt mużikali imprezzabbli.

Il-funeral tas-Surmast Joseph Vella jibda fis-2pm bil-korteo fejn se tieħu sehem is-Soċjeta’ La Stella li tagħha kien Surmast Direttur.

Fil-funeral se tieħu sehem ukoll il-Banda Konti Ruġġieri tar-Rabat (Malta) li wkoll kien Surmast tagħha għal diversi snin.