Futbol Sport

FUTBOL: Il-UEFA mhux se tuża l-VAR għalissa

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-UEFA Aleksandar Ceferin żvela li għalissa l-UEFA mhux se tagħmel użu mill-VAR fiċ-Champions League tal-istaġun li ġej. Skont Ceferin ‘għad hemm wisq konfużjoni’ dwar kif tintuża s-sistema.

Is-sistema tal-VAR, Video Assistant referee, tintuża biex referee jiddeċiedi dwar azzjoni li jkun dubjuż minnha imma kemm fl-Italja kif ukoll fil-Bundesliga kien hemm ħafna każijiet fejn jinħlew diversi minuti sakemm tittieħed deċiżjoni finali.

Fl-istess waqt, Ceferin qal li m’huwiex kontra l-fatt li din is-sistema tintuża waqt it-Tazza tad-Dinja li se ssir din is-sena. Nhar is-Sibt li ġej mistennija tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk il-VAR hux se tkun użata waqt it-Tazza tad-Dinja.