Lokali

“Għadni xxukkjata” – Toħroġ mill-isptar wara li ħebbet għaliha nanna ta’ student

Aġġornata

Lorna Schembri, il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Birgu, ħarġet mill-isptar wara kważi ġurnata tingħata l-kura wara li filgħodu, ħebbet għaliha nanna ta’ student. F’post fuq Facebook, Schembri qalet li għadha taħt xokk u muġugħha. Żiedet tgħid li għadha ma tafx x’ġara eżatt, waqt li rringrazzjat lil kull min wera solidarjetà magħha.

Aktar kmieni

Lorna Schembri, il-Kap tal-iskola primarja tal-Birgu, tkellmet pubblikament, ftit sigħat wara li ssawtet minn nanna ta’ student.

F’post fuq Facebook, Lorna Schembri rringrazzjat lil kull min ċempillha wara li ħarġet l-aħbar. Hi żiedet li għadha l-isptar, u li għaldaqstant mhux se tkun qed twieġeb it-telefonati għalissa.

Lorna Schembri kellha tiddaħħal l-isptar dalgħodu wara li persuna li identifikat ruħha bħala nanna ta’ student, daħlet fl-iskola u telgħet għall-għalliema fl-uffiċju tagħha.

Hemmhekk hi bdiet issawwat lill-Kap tal-Iskola sakemm kellhom jintervjenu membri tal-istaff. Schembri kellha tittieħed l-isptar, fejn għadha qed tingħata l-kura bħalissa.

B’risposta għall-kumment tal-Kap tal-Iskola, kienu ħafna li wieġbu lura b’kummenti ta’ solidarjetà u xokk fl-istess ħin għal dak li seħħ dalgħodu.

Kap ta’ Skola tispiċċa l-isptar wara li ġiet imsawta minn nanna ta’ student