Il-maġġoranza tal-baħrin tal-vapur ‘Hephaestus’ li nkalja fil-Qawra ħallew Malta kmieni dalgħodu, b’baħri ieħor li mistenni jħalli Malta waranofsinhar.
Għal dawn l-aħħar sbatax-il jum minn meta nkalja l-vapur, il-baħrin kienu qed joqgħodu f’refuġju għall-baħrin fil-Furjana.
Il-bastiment, li jintuża għall-bunkering, inkalja fuq il-blat tal-Qawra nhar is-Sibt 10 ta’ Frar wara lejl ta’ maltemp u baħar imqalleb. Għalkemm l-ebda membru tal-ekwipaġġ ma kien weġġa’ serjament, kollha kemm huma kienu ngħataw l-attenzjoni medika għallijistajkun.
Fost oħrajn kien hemm membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar li provdew l-aktar affarijiet essenzjali, fosthom kutri minħabba l-kesħa.
Il-baħħara, li kollha ġejjin minn pajjiżi differenti fosthom il-Bangladesh, ir-Russja u l-Eġittu, issa hma mistennija li jirritornaw f’pajjiżhom wara li kienu qed jistennew li jitħallsu l-pagi dovuti lilhom ta’ madwar tliet xhur.
Huma ma kienux qed jiġu mħallsa minn sid il-bastiment, u għaldaqstant kellhom isiru l-arranġamenti ma’ kumpanija tal-assikurazzjoni.
//= $special ?>