Lokali Parlament

Il-gwardjani ambjentali tneħħew

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi kkritika l-mod kif il-gvern Laburista waqqaf il-Gwardjani Ambjentali.

Fil-parlament Fredrick Azzopardi qal li s-sistema tal-infurzar lokali ilha titħaddem 17-ils ena u ġabet rivoluzjzoni fil-mod kif isir l-infurzar tal-liġi fil-pajjiż. Il-kunsilli għandhom il-poter li jiżguraw il-ħarsien tal-liġi fuq bażi lokali. Is-sistema tal-gwardjani mhix perfetta iżda fis-snin li għaddew sar progress kbir fil-mod kif dawn iġibu ruħhom mal-pubbliku u b’hekk jikber ir-rispett tal-pubbliku lejhom.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-mod kif ir-responsabbiltajiet tal-gwardjani lokali u l-kunsilli lokali evolvew fosthom dwar il-gwardjani tal-ambjent biex ikun kontrollat ir-rimi tal-iskart f’postijiet pubbliċi. Dawn illum sparixxew mix-xena lokali. Hu tkellem ukoll dwar l-impenn tal-PN lejn il-kunsilli lokali; impenn ġenwin u konsistenti.

Fredrick Azzopardi qal li ż-żieda tal-kunsilli lokali kienet l-aktar element importanti li seħħ u sostna li hu ttamat li t-tibdil fil-liġi jkun ntenzjonat bi skopijiet ġenwini. Il-gvern għandu jispjega koll x’ġara mis-sejħa għall-gwardjani mil-LESA.