Lokali

Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Kristjani ppersegwitati

Is-Sibt li għadda, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu.

Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.”

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani.