Lokali

Jiċħad l-aħbar maħruġa mill-midja tal-Partit Laburista

Il-Viċi Sindku taż-Żebbuġ Daniel Cordina kkonferma l-intenzjoni tiegħu li jerġa' jikkontesta għall-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex u l-Partit Nazzjonalista fl-4 ta' Frar 2018.

Il-Viċi Sindku taż-Żebbuġ Għawdex Daniel Cordina jiċħad kategorikament l-aħbar falza li dehret fil-konfront tiegħu fil-midja tal-Partit Laburista fejn ġie allegat li mhux se jkun qed jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li se ssir is-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, Daniel Cordina stqarr li kkonferma l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ jikkontesta għall-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex u l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ imejl datata l-4 ta’ Frar 2018.

Il-Viċi Sindku Daniel Cordina jwiegħed lir-residenti kollha taż-Żebbuġ Għawdex ħidma bla waqfien flimkien mal-Kunsillieri sħabu tal-istess Partit Nazzjonalista, s-Sindku Nicky Saliba u l-Kunsillier Carmelo Saliba.

Filwaqt li l-Partit Laburista jinħela fuq dawn il-qlajjiet bla bażi, il-Kunsillieri Nazzjonalisti jkomplu jimpenjaw ruħhom sabiex jagħtu dak kollu li jistgħu għall-ġid tar-residenti taż-Żebbuġ Għawdex.