– Ivan Bartolo, PN
L-infurzar lokali għandu jmur lura għand il-kunsilli lokali għaliex huma l-aktar entità li jafu l-lokalità tagħhom.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo meta kien qed jitkellem fil-parlament.
Ivan Bartolo tkellem dwar il-ħidma tal-LESA u sostna li anki l-ħaddiema għandhom jingħataw rikonoxximent. Hu sostna li l-isfida tal-gwardjani lokali trid tkun indirizzata bis-serjetà. L-isfidi m’humiex faċli, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-ħaddiema kienu mwiegħda li jkunu trasferiti mal-gvern. Importanti li l-ħaddiema kollha tal-LESA jaħdmu b’serħan il-moħħ billi l-proċess ikun finalizzat.
Din hi liġi li fiha l-gwardjani lokali mhux qed jingħataw l-isem propju kif hemm fl-Ewropa fejn hemm il-Pulizija tal-Komunità. Hu ppropona li l-gwardjani lokali jibew jissejħu Pulizija Lokali biex dawn ikunu anki jkunu jistgħu jidħlu fil-Korp tal-Pulizija waqt li jkunu iktar motivati.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jekk ikunu Pulizija Lokali, il-komunità ġġibilhom iktar rispett. Ħadd daqs is-sindku ma jaf lil-lokalità tiegħu, sostna d-deputat Nazzjonaista, li kompla li s-sistema li kien hemm qabel kienet iktar effiċjenti. L-infurzar lokali għandu jmur lura għand il-kunsilli lokali għaliex huma l-aktar entità li jafu l-lokalità tagħhom.
Il-PN irid ikun preżenti fir-riforma meħtieġa tal-kunsilli lokali, li jagħmlu l-politika għall-komunitajiet u għalhekk għandhom jingħataw prijorità assoluta. Il-PN irid ikun il-katalist biex il-vuċi lokali tkompli tissaħħaħ skont iċ-ċirkostanzi tal-lum, sostna Ivan Bartolo.
//= $special ?>