– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed iressaq biss bidliet kosmetiċi b’liġi teatrin dwar il-gwardjani lokali meta fil-fatt mhux isiru l-bidliet li għandhom bżonn il-gwardjani lokali u l-kunsilli lokali.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li hu pass fid-direzzjoni t-tajba li qed tingħażel il-kelma ‘komunità’ u sostna li dan isaħħaħ is-sens ta’ appartinenza. Hu sostna li d-dibattitu jitratta l-kredibbiltà u l-impenn tal-kredibbiltà. Hu qal li l-gvern ma jitwemmin meta jgħid li jrid l-infurzar fil-pajjiż u li jrid is-serjetà fil-pajjiż.
Jien m’għandix fidi li l-gvern irid jagħmel riforma favur is-serjetà fil-pajjiż, sostna Edwin Vassallo,li kompla li l-gvern qed jipproponi biss bidla fl-isem tal-gwardjani lokali. Dan il-gvern fall l-eżami tiegħu stess!.
Edwin Vassallo kompla li l-gvern mhux biss falla fl-infurzar iżda ma ridux biex jagħti l-impressjoni li kulħadd jagħmel li jrid. Wara ħames snin fil-gvern għadhom ma tellgħux ir-regolamenti l-ġodda, sostna Edwin vassallo, li qal li l-gvern għadu am daħħal il-Green Wardens. Il-Gvern ma jinteressaħx minn dak li qed jiffaċċjaw ir-residenti fil-komunitajiet, sostna Edwin Vassallo, li qal li din hi bidla kosmetiċi.
Edwin Vassallo semma diversi lokalitjiet bħal San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, is-Swieqi u San Ġiljan u qal li f’dawn il-lokalitajiet hemm problemi ta’ delinkwenza u kriminalità.
//= $special ?>