Aġġornata
Għad mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ mara li ttajjret minn karozza f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-3.30 ta’ waranofsinhar, meta l-mara ttajjret minn karozza tat-tip Volkswagen misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi.
Il-mara li ttajjret għandha 58 sena u toqgħod Ħal Luqa.
Ftit wara l-inċident, marret ambulanza fuq il-post li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura.
Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq minħabba l-inċident.
//= $special ?>