Filwaqt li jirrispetta d-dritt għall-opinjoni tiegħu, l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jinnota bi tħassib li l-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muižnieks qiegħed jinsisti sabiex f’pajjiżna jiddaħħal xi forma ta’ abort. Din il-pressjoni qed issir fuq pajjiż sovran u meta l-Gvern m’għandux il-mandat elettorali sabiex idaħħal l-abort f’pajjiżna, mhux lanqas għaliex 97% tal-Maltin huma kontra l-abort (kif irriżulta minn stħarriġ ippubblikat mill-MaltaToday.).
Il-Partit Nazzjonalista jemmen li t-tarbija fil-ġuf m’għandhix tispiċċa bħal xi oġġett li tiddisponni minnha meta trid, għaliex it-tarbija fil-guf ma’ tistax tiddefendi ruħha u għalhekk għandna obbligu li nipprotegu d-drittijiet tagħha, speċjalment id-dritt għall-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien u huwa favur il-ħarsien tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt.
Fl-istqarrija, ffirmata mill-Keliem tal-Oppozizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, u tat-Tarbija fil-Ġuf Claudio Grech, il-Partit Nazzjonalista qal li b’din il-materja tkun waħda li hemm kunsens wiesgħa fuqha f’pajjiżna, il-Gvern għandu jiffoka biex is-soċjetà tagħna tkun tali li tirrispetta u tippromwovi d-drittijiet tat-tarbija. Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex iħares il-ħajja u se jibqa’ jressaq proposti biex nagħmlu minn Malta mudell li jħares il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf.
//= $special ?>