Internazzjonali

Se jżommu l-qanpiena ‘ta’ Hitler’…

Ir-residenti ta’ villaġġ fil-Ġermanja vvutaw biex iżommu qanpiena kontroversjali li hi mżejjna bl-iskwastika Nażista u li magħha hemm miktub ‘Kollox għal Pajjiżna – Adolf Hitler’.

Il-kunsill parrokkjali ta’ Herxheim qed jinsisti li din il-qanpiena tal-bronż, mill-era Nażista, isservi bħala tifkira ‘tal-passat mudlam tal-pajjiż’. Dan wara li ttieħdet votazzjoni fejn twarrbet l-offerta tal-Knisja Protestanta ta’ San Ġakbu biex il-qanpiena ‘titneħħa minn hemmhekk’.

Kien hemm xi parruċċana li tkażaw u esprimew allarm wara li saru jafu li  żżewwġu jew għammdu lil uliedhom taħt ‘dik il-qanpiena ta’ Hitler’.

Il-kunsill parrokkjali ta’ Herxheim qal li r-‘relikwa tan-Nażi partikulari’, li ilha fil-knisja mill-1934, għandha tibqa’ hemmhekk bħala ‘xprun għal rikonċiljazzjoni u tifkira kontra l-vjolenza u l-inġustizzji’.