– Robert Arrigo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo enfażizza l-importanza li s-settur turistiku jkun iktar organizzat f’dievrsi aspetti tiegħu fosthom l-Air Malta, il-protezzjoni lit-turisti, l-ambjent u t-trasport.
Fl-Aġġornament Robert Arrigo espriema appoġġ lill-kunsilli lokali li qed jaħdmu bis-saħħa biex ikun protett Wied Għmor u feraħ lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li neħħa l-iżgumbrament fi Triq San Ġiljan. Hu kompla li s-settur turistiku għandu jkun iktar organizzataktar u aħjar. Hu sostna li hu pożittiv li l-Air Malta qed iżżid t-titjiriet lejn Malta u qal li jispera li dan qed isir b’mod sostenibbli biex il-klijenti jiżdiedu lejn Malta.
Hu qal li nkwetanti l-fatt li l-Air Malta qed tgħid li tilfet il-miljuni iżda issa f’Marzu se tkun waqqfet id-dejn. Dwar il-proġetti proposti għal taħt il-baħar, Robert Arrigo qal li dawn huma proġetti kbar u mill-aqwa dwar oġġetti li jinsabu fil-baħar iżda l-flus li ngħataw għalihom huma ftit wisq.
F’San Ġiljan hemm sitwazzjoni li fiha t-turisti jidħlu fil-coaches u bit-trasport li meta jingħataw multi ta’ parkeġġ tant li s-sidien qed imorru joġġezzjonaw. Is-soluzzjoni mhix li t-turist jimxi għaliex il-coaches jipaprkjaw ‘il bogħod. Hawn swieq li fihm m’hawnx gwidi għaliex l-MTA ma tatx taħriġ biżżejjed lill-gwidi. Sas-sena li għaddiet kien hemm il-pulizija tat-turisti li kienu jagħmlu r-rondi. Jidher li issa din it-taqsima spiċċat u waqqfet. Hu qal li fuq Bloomberg il-Ministru tal-Finanzi ma kinx tajjeb għaliex ma tax serħan il-moħħ għall-investitur.
Robert Arrigo kkritika l-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija kien ordnat jitla’ l-qorti biex jixhed. Dwar l-isptarijiet hu staqsa għaliex jekk hemm surplus, il-gvern qed ibigħ l-affarjiet tal-pajjiż.
//= $special ?>