Fi stqarrija, l-Uffiċju tal-President ċaħad li saru xi diskussjonijiet formali jew mod ieħor biex il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca terġa’ sservi f’dan l-irwol għat-tieni terminu.
Skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-kariga ta’ President għandha ssir vakanti “fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra f’dik il-kariga”.
Kienet il-gazzetta The Sunday Times of Malta li f’artiklu ppubblikat ilbieraħ żvelat li Marie Louise Coleiro Preca qed tagħmel ħilitha biex terġa’ tkun President għat-tieni terminu konsekuttiv, u jekk dan ma jseħħx, tikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
L-artiklu tas-Sunday Times żied li l-President bagħtet sensiela ta’ sinjali diplomatiċi biex turi l-interess tagħha li terġa’ tkun il-President, xi ħaġa li ġiet miċħuda fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-President.
“L-Uffiċju tal-President jixtieq jagħmilha ċara li għall-kuntlarju ta’ dak li ġie allegat, ma kien hemm l-ebda diskussjoni formali jew mod ieħor; u wisq anqas ‘sinjali diplomatiċi’ dwar il-possibiltà li l-President isservi għat-tieni terminu bħala President ta’ Malta”, tgħid l-istqarrija.
Sadanittant tqajjmu numru ta’ dubji dwar kif il-Kostituzzjoni għandha tiġi interpretata. Filwaqt li hemm min li l-President ma tistax tokkuppa terminu ieħor għajr b’xi emenda fil-Kostituzzjoni, hemm oħrajn li qed jgħidu li l-Kostituzzjoni ma żżomm lil ħadd milli jkun President għal iktar minn terminu wieħed.
//= $special ?>