Futbol Sport

Tibdil fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA

In-numru ta’ timijiet li se jikkwalifikaw b’mod dirett għaċ-Champions League u għall-Europa League se jiżdied mill-istaġun li ġej.

L-ammont ta’ timijiet li jikkwalifikaw b’mod dirett għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League se jkun 26 minflok 22. Il-format tal-kompetizzjoni mhux se jinbidel u se jkun hemm rawnd preliminari qabel ma tibda l-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Dan ir-rawnd se jilagħbu fih erba’ timijiet fi speċi ta’ mini-tournament u minn dan ir-rawnd se jikkwalifika tim li jingħaqad mat-33 tim l-ieħor li se jkun se jilgħab fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Fl-Europa League, 17-il tim li jikkwalifikaw b’mod dirett għall-fażi tal-gruppi u 10 oħra li jgħaddu għall-fażi tal-gruppi wara li jkunu sfaw eliminati mill-play-offs u mit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League. Ta’ min jiftakar li mill-istaġun li ġej il-partiti se jibdew jintlagħbu fis-6pm u fid-9pm.