Mexxej prominenti tas-Sirjani-Kurdi li kien arrestat fir-Repubblika Ċeka ingħata l-ħelsien fost ir-rabja tat-Turkija li ħarġet il-mandat għall-arrest tiegħu.
Saleh Muslim, eks ko-chairman tal-Partit Unjoni Demokratiku — il-moviment ewlieni tas-Sirjani-Kurdi — kien inżamm mill-awtoritajiet Ċeki fi Praga, nhar il-Ħadd li għadda.
Muslim, intant, ingħata l-libertà minn qorti Ċeka minkejja l-fatt li t-Turkija kienet talbet l-estradizzjoni tiegħu. Dan meta l-Gvern ta’ Ankara qed jirreferi għal Saleh Muslim bħala terrorista, bit-Turkija toffri premju għall-arrest tiegħu.
Il-Kap tas-Sirjani-Kurdi hu akkużat formalment b’konnessjoni ma’ splużjoni li kienet seħħet f’Ankara fi Frar tal-2016 u fejn il-mira kien konvoj ta’ karozzi tal-linja quddiem il-kwartieri-ġenerali militari fil-kapitali Torka. L-attakk kien seħħ waqt ir-rush hour ta’ filgħaxija b’ 37 persuna jispiċċaw imutu fl-isplużjoni.
//= $special ?>

