L-eks-sprinter Ġamajkan Usain Bolt se jagħmel id-debutt tiegħu fil-futbol f’Ġunju li ġej.
Hu se jkun qed jieħu sehem f’partita tal-karità li ssir kull sena. Hu se jkun qed jifforma parti minn tim magħmul minn diversi ċelebritajiet u eksfutbolers li se jilagħbu kontra tim ieħor b’eksfutbols u ċelebritajiet Ingliżi.
Il-partita se tintlagħab fl-10 ta’ Ġunu f’Old Trafford, jiġifieri erbat ijiem qabel it-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja. Bolt irtira mill-atletika f’Awwissu tas-sena li għaddiet wara li kkompeta għall-aħħar darba fil-Kampjonati Mondjali li kienu saru f’Londra.
Hu fatt magħruf li Bolt iħobb il-futbol u minn dejjem qal li la darba jirtira mill-atletika jrid jibda jilgħab il-futbol.
Matul ix-xahar li ġej Bolt se jkollu prova mal-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund imma l-akbar xewqa tiegħu hi li xi darba jilgħab mat-tim favorit tiegħu, dak ta’ Manchester Utd.
//= $special ?>