Lokali

Arrestati wara li kienu jgħaddu informazzjoni dwar imwiet lil tal-funerali

Illum saru arresti ta’ kummissjonant tal-funerali u impjegat ta’ kuntrattur f’Mater Dei.

Dan ġie żvelat fil-media, wara investigazzjonijiet li saru fuq allegazzjonijiet ta’ kummissjononanti tal-funerali. Dawn l-allegazzjonijiet qalu li l-kummissjonant tal-funerali bdiet tassallu informazzjoni dwar persuni li jkunu se jmutu jew mietu fl-isptar mill-impjegat f’Mater Dei, qabel ma jkunu jafu l-qraba stess.

Il-każ skatta wara li persuna li għaddiet minn din l-esperjenza, fejn saru jafu l-kummissjonant tal-funerali bil-mewt ta’ qarib tagħhom qabilhom, fejn bagħat ittra lill-Membri Parlamentari biex jieħdu azzjoni.