Lokali Parlament

Bidla biss fl-isem tal-gwardjani lokali…..xejn konkret dwar riforma

– Karl Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-abbozz ta’ liġi dwar il-gwardjani lokali u privati jinkludi biss bidla fl-isem minn Gwardjan Lokali għal Uffiċjal tal-Komunità u sostna li għalhekk dan hu abbozz ta’ liġi li hu ħela ta’ ħin. Il-gvern seta’ lleġiżla dwar il-koruzzjoni, iktar poteri lill-pulizija, liġi biex il-kariga tal-Avukat Ġenerali tinqasam f’żewġ rwoli separati u għal liġi biex ikollna maġistrat b’poteri speċjali li jinvestigaw każi ta’ korruzzjoni u abbużi ta’ poter.

Fil-parlament Karol Aquilina sostna li qabel l-2000 l-infurzar kollu tal-pajjiż kien isir mill-pulizija biss. Wara r-riforma li saret fl-2000, komplew isiru bidliet oħra iżda l-maġġoranza tan-nies baqgħu jħarsu lejn il-Gwardjani Lokali bħala problema nazzjonali u problema għall-persuni wkoll. Fil-bidu l-kunsilli lokali kellhom il-poter li jiddeċiedu jridux il-gwardjani lokali.

Id-deputat Nazzjonalista dwar l-aspett finanjarju li kienu jdaħħlu l-kunsilli lokali mill-multi tat-traffiku; liema aspett kien jeffettwa pożittivament lil ċertu kunsilli li minnhom jgħaddu ħafna karozzi. Min-naħa l-oħra kien hemm kunsilli li ma kellhomx din is-sitwazzjoni. Bejn l-2008 u l-2013 kien deċiż li l-gwardjani lokali jitmexxew mir-reġjuni.

Fit-tielet stadju l-gvern ħa f’idejh is-sistema tal-gwardjani lokali permezz tal-LESA. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-kunsilli lokali, sostna Karol Aqulina, li kompla li l-pubbliku ma jistax jifem il-kunsilliera laqnas jafu li hemm il-gwardjani fi-lokal tagħhom u kif dawn qed jagħtu ċ-ċitazzjonijiet. Jeħtieġ li s-sistema tkun rievduta biex ikunu l-kunsilli lokali li jddeċiedu jridux il-gwardjani lokali fil-lokal u kif u fejn dawn għandhom joperaw. Din hi l-iktar liġi li n-nies se jinjoraw għax in-nies xorta se jibqgħu jsejħulhom gwardjani lokali.

Karl Aquilina qal li jeħtieġ li jkun hawn liġi dar il-gwardjani lokali u oħra dwar il-gwardjani privati. Għandu jkun hemm kunsiderazzjonidwar l-arrest tal-persuni privati bla ma dawn ikunu pulizija. Jidher li l-gwardjani lokali m’humiex koperti b’din il-funzjoni.

Dwar il-wiegħda li l-gwardjani lokali kollha jkunu trasferiti mal-LESA, Karol Aquilina qal li l-gvern għandu jispejga jekk dan il-proċess hux se jsir b’liġi, b’deċiżjoni tal-kabinett jew bl-appoġġ tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi Pubbliku.