– Simon Busuttil, PN
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li l-Gvern nefaq €26,000 fuq rapport b’risposti medjokri biex iwieġeb ir-rapport tad-deputati parlamentari Ewropej li kienu żaru Malta u trattaw is-saltna tad-dritt u l-korruzzjoni.
Fl-Aġġornament tal-parlament, Simon Busuttil tkellem dwar ir-rapport tal-gvern għal dak tal-Parlament Ewropew f’Jannar 2018; liema rapport kien iebes dwar is-saltna tad-dritt fil-pajjiż u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Hu qal li t-tweġiba tal-gvern fir-rapport pubbliku sar mid-ditta ta’ avukati Inlgiża ‘Bird & Bird’, kien iffirmat minn ċertu Jamie Tassinski u sewa €26,000 lill-poplu Malti. Dan hu rapport li ma jiswa xejn; lanqas il-karta li nkiteb fuqha. Ir-rapport jinkludi r-rapport propju u żewġ attachments, total ta’ 44 faċċata iżda r-rapport waħdu huma biss 14-il faċċata. Sewa iktar minn €1,000 kull faċċata.
Dwar il-kontenut tar-rapport li ntbagħat lill-parlament Ewropew, Simon Busuttil qal li l-gvern qed jinsulenta kemm l-intelliġenza tal-poplu Malti u qed jinsulta l-intellġenza tal-membri tal-parlament Ewropew.
Dan filwaqt li qed issir ħsara lill-pajjiż b’risposta medjokri lill-parlament Ewropew. Malta qed titwaqqa’ għaż-żufjett, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-Gvern qal li r-rapport tal-Parlament Ewropew ma jpinġix stampa vera ta’ Malta, li r-rapport jikxef affarijiet sigrieti tal-FIAU u l-Gvern Malti għandu dubju fuq il-legalità tad-delegazzjoni tal-parlament Ewopew f’Malta.
Hu tkellem dwar l-Avukat Ġenerali fejn ir-rapport jiddefendi l-aġir tal-Avukat Ġenrali, li qala’ ċamata kbira fir-rapport tal-parlament Ewropew li baqa’ ċass quddiem il-korruzzjoni tal-Panama Papers.
Ir-rapport tal-Gvern jgħid li l-Avukat Ġenerali m’għanudx dritt jinvestiga l-każi u m’għandux dritt jgħid lill-pulizija tinvestiga. Dan meta anki ċittadin jista’ jitlob investigazzjoni. Il-gvern qal li l-Avukat Ġenerali għandu biss il-poter li joħroġ ordni ta investigazzjoni, li mhix ordni biex issir investigazzjoni iżda biex tinġabar l-evidenza fl-investigazzjoni.
Simon Busuttil staqsa għaliex l-Avukat Ġenerali ma ħariġx ordni ta’ investigazzjoni fuq Keith Schembri; li fuqu hemm provi li ħa €100,000 f’tixħim u meta rapport tal-FIAU sab li Keith Schembri ħallas €500,000 lil Adrian Hilllam. Fuq il-korruzzjoni allegata min-nies fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stess, l-Avukat Ġenerali ma jagħmel xejn.
Ir-rapport tal-Gvern qal li l-Avukat Ġenerali jagħmel biss talba għal investigazzjoni fuq bażi ta’ dossier ta’ evidenza u mhux fuq rapporti fil-media. Il-fatti huma li l-Avukat Ġenerali hu ċ-Chairman tal-FIAU iżda m’għamel xejn
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni ma tattakkax lill-Avukat Ġeenrali b’mod personali iżda għax dan naqas bħala Avukat Ġenerali. Ir-rapport tal-Gvern jgħid li kien il-PN fil-Gvern li appunta lill-Avukat Ġenerali, sostna Simon Busttil, li qal li minkejja dan, il-PN jikkritikah għax naqas minn dmiru.
Id-deputat Nazzjnalista qal li r-rapport tal-Gvern jiddefendi lill-FIAU u jitratta lil kulħadd ta’ imbeċilli. Dan hu rapport li jagħmel ħsara kbira lil Malta fil-Parlament Ewropew. Ir-rapport qal li l-gvern ma jindħalax fix-xogħol tal-FIAU u tal-Pulizija.
Dan meta r-rapport tal-FIAU sab li kien hemm korruzzjoni u li Keith Schembri ħa €100,000 fi flus li għaddew bi trasferimenti bankarji fil-kontijiet f’Malta għal Willerby Trade ta’ Brian Tonna fil-kont lokali tiegħu f’Malta. Dwar dan, l-FAIU qalet li fuq dawn il-fatti u informazzjoni hemm suspetti raġonevoli u informazzoni suffiċjenti li hemm każ ta’ ħasil ta flus.
Simon Busuttil qal li hu ħareġ ir-rapport tal-FIAU iżda l-pulizija ma nvestigatx. Mar-rapporrt tal-FIAU hemm attachments bl-evidenza u l-provi kollha. L-investigazzjoni ma saritx għaliex Keith Schembri hu ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Din hi ħaġa gravi u minnha għaddew sentejn iżda ma sar xejn fuq il-fatt li Keith Schembri ħa €100,000 f’tixħim mill-bejgħ tal-passaporti.
Simon Bsuttil qal li l-gvern ma jistax ikun serju li jħalli lil Keith Schembri f’Kastilja; jmissu telaq hu u l-Prim Ministru. Minn fuq, l-FIAU takkuża li min joħroġ l-informazzjoni, sostna Simon Buusttil, li kompla li l-FIAU jikkonkludu li hemm suspett raġonevoli anki fil-konfront ta’ Konrad Mizzi. Minkejja dan, issa, l-FIAU tattakka lill-Oppożizzjoni li qed toħroġ ir-rapporti sigrieti.
Simon Busuttil kompla li xogħol l-FIAU hu li jara li r-rapporti tiegħu jaslu x’imkien u mhux li ma jseħħ xejn fuqhom. Hu qal li r-rapport tal-Gvern jiddefendi lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn jingħad li l-pulizija investigaw lil Keith Schembri iżda baqa’ ma sar xejn.
Il-Kummissarju kien qal bil-maqlub meta ġew l-MEPs f’Malta fejn kien qal li qatt ma beda investigazzjonijiet fuq Keith Schembri. Il-Kummissarju kkonferma li diversi rapporti tal-FIAU inbagħatu lill-pulizja iżda qatt ma bdew investigazzjonijiet. Il-provi huma ċari għax hemm it-transazzjonijiet bankarji, sostna Simon Busuttil, li qal li r-rapport tal-Gvern qed jiddefendi l-indifensibbli.
Dan hu rapport tal-mistħija li jirriferi għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia fejn jgħid li l-investigazzjonijiet tal-pulizija kienu l-aktar investigazzjonijiet dettaljati, kumplessi u li swiew flus f’Malta. Suppost li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet biex jinqabad min ikkummissjona l-qtil, sostna Simon Busuttil.
//= $special ?>