Lokali Parlament

Ebda titjib fir-reputazzjoni tal-gwardjani lokali

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-liġi dwar il-gwardjani lokali u privati hi liġi li tinkludi biss bidla fl-isem tal-gwardjani lokali u staqsa x’bidliet rivoluzzjonarji se jsiru f’dan is-settur b’dn il-liġi. Hu qal li minkejja l-iskop li titjieb ir-reputazzjoni tal-gwardjani lokali, il-bidla fl-isem mhux se ġġib bidla fir-reputazzjoni tal-gwardjani lokali, li għadhom iġibu sudizzjoni mill-pubbliku.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bidla fl-isem mhux se ġġib bidla fid-dixxiplina tal-pubbliku lejn il-gwardjani lokali. Problema oħra kif in-nies iħarsu lejn il-gwardjani lokali; it-tort mhux biss tal-gwardjani lokali għax din tmur lil hinn mill-mod iġibu ruħhom il-gwardjani lokali.

Ryan Callus kompla li l-bidla fl-isem mhux se ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-gwardjani lokali u qal li l-aġenzija tal-kunsilli lokali ma tistax tifhem il-ħtiġijiet tal-komunitajiet daqs il-kunsilli lokali. Din kienet daqqa ta’ ħatra lejn l-uffiċjali tal-komunità; il-gwardjani lokali ma kellhom qatt jgħaddu taħt aġenzija ‘l barra mill-kunsilli lokali.

Ryan Callus semma’ l-impenn tal-gwardjani lkali u d-dedikazzjoni fix-xogħol tagħhom u qal li minkejja l-intenzjoni tajba tal-liġi, l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi li jrid isir iktar xogħol biex ir-reputazzjoni tal-gwardjani lokali titjieb.