Lokali

FILMAT: Ara kif wieġeb Robert Abela dwar l-impjiegi ta’ lejliet l-elezzjoni

Ma jara xejn ħażin li l-Gvern jimpjega mijiet ta' ħaddiema mal-Wasteserv lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2017

Il-Konsulent għall-Prim Ministru Robert Abela ma jara xejn ħażin li l-Gvern ta’ Joseph Muscat jimpjega mijiet ta’ nies, li sa’ lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 baqgħu jiżdiedu. NET News attenda għall-konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, ma kkundannawx dawn l-ingaġġi biex jinxtraw il-voti mill-Gvern Laburista.

Fl-istess waqt, il-kelliema għall-Partit Laburista apparentament ma kienux jafu li saret sfida kemm-il darba mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għal dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat – iżda l-Prim Ministru baqa m’accettax.

S’issa il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu maccettax l-isfida tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Ministri u Deputati Laburisti jikkuntattjaw lil Wasteserv regolarment dwar impjiegi – CEO tal-Wasteserv