Wara 40 sena involuta fil-Partit Nazzjonalista, fid-Dar Ċentrali tal-Pieta’ ġie organizzat festin hekk kif Margaret Mercieca irtirat mill-kariga tagħha.
Il-ħaddiema fid-Dar Ċentrali u ta’ Media.link Communications kollha inġabru sabiex jirringrazzjaw lil Margaret tal-ħidma ma taqtax li tat lill-Partit Nazzjonalista tul dawn is-snin. F’diskors qasir ta’ ringrazzjament, iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.link Communications Pierre Portelli rringrazzjaha ta’ xogħolha – filwaqt li qal li Margaret dejjem ħadmet għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista f’dawn is-snin, kemm fit-tajjeb u l-ħażin.
Ara l-kumment ta’ Margaret fejn tkellmet dwar l-isbaħ memorji li se tibqa’ tgħożż, u l-messaġġ tagħha kif kulħadd għandu jibqa’ leali lejn il-Partit Nazzjonalista.
Margaret ingħatat rigal żgħir bħala tifkira u ringrazzjament għall-ħidma tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Margaret Mercieca mhux biss serviet bħala impjegata fil-Partit Nazzjonalista, iżda kienet ukoll membru fl-Eżekuttiv tal-Partit, membru fil-fergħa Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista, u ġiet eletta Kunsillier Lokali f’Ħal Qormi.
//= $special ?>