Lokali

FILMAT: “Saret ġustizzja miegħi, pero nbaxxi rasi għad-deċiżjonijiet tal-Qorti”

Ara t-telefonata ma' Chris Bartolo - il-persuna li lbieraħ inħeles mill-ħabs temporanjament

F’telefonata waqt il-programm NET Live, saret telefonata ma’ Chris Bartolo l-għada li nagħta ħelsien mill-ħabs temporanjament minħabba l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tiegħu. Chris tilef tliet kliewi fl-aħħar operazzjonijiet li saru.

Fil-messaġġ tiegħu, Chris irringrazzja lil kull min għenu f’dawn iċ-ċirkustanzi, partikolarment lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, lill-kabinett, lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, lill-avukat tiegħu Franco Debono.

 

Live fuq NET Television, Chris Bartolo stqarr li llum jinsab ħafna aħjar hekk kif bilmod qed iniżżel il-fatt li m’għadux jinsab ġo ċella, u issa qiegħed mal-familja. Chris qal li hu kien ilu jistenna li ssir ġustizzja miegħu, iżda xorta qal li hu jrid jistenna d-deċiżjoni pendenti fil-Qorti – kemm fil-kawża Kostituzzjonali u dik ta’ Appell. “kont dik id-deċiżjoni rridu nbaxxu rasna u nkomplu fejn ħallejna”, stqarr Chris.