Il-lottatur Malti ta’ 20 sena Gary Giordimaina huwa ċ-Champion tal-Ingilterra fil-kategorija tal-57 kilogram.
Giordimaina flimkien mat-tim Malti, ħa sehem fil-Kampjonati tal-Ingilterra li saru f’Salford Wrestling Academy. Wara li għeleb lil Vasile Jornea mill-Moldova residenti l-Ingilterra, fil-finali Giordimaina għeleb lil Paul Gray tal-Irlanda.
Daqstant ieħor riżultat pożittiv minn David Galea li fil-kategorija tal-74 kilogram wara li għeleb lottatur mill-Pakistan u lil Clinton Scott tal-Irlanda, tilef il-finali kontra Sean Teasdale tar-Renju Unit.
Il-kontingent Malti kien immexxi mill-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina u fl-istess Kampjonat ħadu sehem ukoll Nathaniel Buttigieg fil-kategorija tal-74 kg, Adam Vella fil-kategorija tal-65 kg u Andrew Azzopardi fil-kategorija tas-70 kg.
Abraham Vassallo kkontrolla fil-Kampjonati bħala referee internazzjonali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-FILA.
//= $special ?>