Lokali

HSBC Malta jipprovdi għodod ġodda għan-negozji li qed ifittxu li jikbru

HSBC Malta nieda t-taqsima Guide to Business Borrowing (Gwida għal Self lil- Negozji) fuq il-websajt tiegħu http://www.business.hsbc.com.mt/. Din il-faċilità toffri tagħrif essenzjali għal klijenti kummerċjali li qed ifittxu li jkabbru n-negozju tagħhom.

Kemm jekk impriża tkun fil-bidu tagħha (start-up) jew hi impriża kummerċjali diġà stabbilita, li jkollna aċċess għal finanzjament adegwat jista’ jkun kruċjali jekk wieħed irid jikber, jinvesti u joħloq l-impjiegi. Biex tgħin lin-negozji jagħmlu deċiżjoni infurmata, il-Guide to Business Borrowing tiddeskrivi x’uħud mit-tipi differenti ta’ soluzzjonijiet offruti, flimkien ma’ kif persuna tapplika għalihom, u liema appoġġ ieħor hu disponibbli.

Il-gwida għandha  gwida li, pass wara l-ieħor, turi jinkiteb Pjan ta’ Negozju (Business Plan), tibni Tbassir tal-Likwidità (Cash Flow Forecast), kif ukoll hemm taqsima komprensiva ta’ FAQs bil-Malti u bl-Ingliż.

Il-Kalkulatur tas-Self (Loan Calculator) lin-negozju jipprovdi eżempju deskrittiv ta’ pagamenti ta’ kull xahar ladarba jitniżżlu l-ammont tas-self u t-terminu tal-kreditu.

Il-websajt tal-kummerċ bankarju  tal-HSBC Malta hi popolari fost in-negozji għall-opinjonijiet esperti ta’ klassi dinjija u rapporti ta’ interesss li fiha. Minbarra l-għodod u l-karatteristiċi l-ġodda, il-websajt toffri ukoll ċentru ta’ dokumentazzjoni għal klijent, kif ukoll tagħrif dwar l-aħħar liġijiet finanzjarji Maltin u Ewropej.

“Għas-sidien tan-negozju, il-ħin jiswa’ l-flus. L-esperjenza bankarja tagħhom għandha tkun sempliċi u konvenjenti,” qal Gordon Scicluna, Country Head Business Banking ta’ HSBC Malta. “B’dawn il-karatteristiċi ġodda, is-sidien tan-negozji jistgħu jiksbu tagħrif mill-ewwel dwar x’ikollhom bżonn il-banek biex wieħed jibda relazzjoni bankarja. It-tagħrif onlajn  jipprovdi l-għodod u l-pariri meħtieġa għall-klijenti li jeħtieġu l-finanzjament biex ikabbru n-negozju tagħhom.”

Is-servizz tal-kummerċ bankarju tal-HSBC Malta hu ideali għal kumpaniji li għandhom dħul ta’ aktar minn €1 miljun fis-sena mill-bejgħ. Aktar tagħrif  jinkiseb billi wieħed iżur http://www.business.hsbc.com.mt/ jew inkella jċempel 2380 8000.