Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jneħħi s-sospensjoni fuq ir-Russja

Il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Russu Alexander Zhukov

Il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Russu qal li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali reġa’ daħħal lura s-sħubija tal-organizzazzjoni magħhom wara li kienet sospiża minħabba l-allegazzjonijiet tad-doping.

Alexander Zhukov qal lill-istazzjon tal-istat Russu li “l-Kumitat Olimpiku Russu reġa’ għandu d-drittijiet. Hi deċiżjoni ta’ importanza kbira għalina.”

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien issospenda lir-Russja wara li nstabet evidenza ta’ manipulazzjoni sistematika fuq is-sistema ta’ kontra d-doping fl-Olimpjadi tax-xitwa tal-2014 li kienu saru f’Sochi r-Russja. Fl-Olimpjadi tax-xitwa ta’ din is-sena li ntemmu ftit jiem ilu wħud mill-atleti Russi kkompetew bħala newtrali.