Lokali Parlament

Jeħtieġ kampanja ta’ edukazzjoni dwar it-traffiku u l-gwardjani lokali

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalitsa Toni Bezziuna appella għal kampanja qawwija ta’ edukazzjoni dwar it-traffiku u dwar ir-rwol tal-gwardjani lokali.

Fil-parlament Toni Bezzina tkellem dwar ir-rwol tal-kunsilli lokali u semma l-problema kbira tan-nuqqas ta’ fondi. Hu semma’ Vjal ix-Xarolla u Triq il-Kuċċard fiż-Żurrieq u Ħal Safi u qal hemm dewmien kbir biex jitlesew dawn ix-xogħlijiet. Għandu jkun hemm ippjanar serju biex qabel jibda x-xogħol ikun hemm il-proċess tal-offerti lest.

Id-deputat Nazzonalista qal li għandu jkun hemm miżuri stretti ta’ sorveljanza u multi fuq min jonqos u jikser il-kodiċi tat-traffku. Jeħtieġ li jkun hemm kampanja qawwija ta’ edukazzjoni u għandha tiżdied is-sorveljanza fit-toroq Maltin.

Toni Bezzina qal li l-gvern għandu jipprovdi toroq ta’ kwalità u t-toroq għandhom ikunu sorveljati. Dan filwaqt li jinżammu perjodu stretti meta jsiru x-xogħlijiet fit-toroq. Hu kompla li għandha titnaqqas l-istress minn fuq ix-xufiera li jkunu qed isuqu l-karrozzi biex jitnaqqsu l-inċidenti u l-ksur tar-regoli.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-konsultazzjoni u qal li s-sidien tan-negozji qed imorru fuq min għandu l-karrozzi fuq isimhom u mhux fuq ix-xufier. Is-sistema għandha ssir inqas burokratika.