Juventus saru l-ewwel tim li għadda għall-finali tal-Coppa Italia wara li għelbu lil Atalanta 1-0 fit-tieni leg tas-semifinali. Huma għaddew b’aggregate ta’ 2-0 wara li fl-ewwel leg kienu rebħu wkoll 1-0 b’gowl ta’ Gonzalo Higuain.
Il-gowl rebbieħ wasal kwarta mit-tmiem meta r-referee Fabbri ġġudika li sar fawl fil-kaxxa fuq Blase Matuidi wara kross mil-lemin ta’ Stephan Lichtsteiner, deċiżjoni li qajmet protesti mill-plejers ta’ Atalanta. Mill-11-il metru, Miralem Pjanic għeleb lil Etrit Berisha b’xutt ċentrali.
//= $special ?>