Sport Sport Ieħor

Nadal jirtira mill-Open tal-Messiku

Rafael Nadal ilu nieqes mill-kwarti tal-finali tal-Open tal-Awstralja (Ritratt: EPA)

Is-sid numru tnejn fid-dinja Rafael Nadal irtira mill-Open tal-Messiku wara li jinsab imweġġa’ f’injury li wasslet biex kien irtira mill-Open tal-Awstralja lura f’Jannar. Is-16-il darba Champion ta’ Grand Slam kien se jilgħab kontra l-konnazzjonal Feliciano Lopez ilbieraħ f’Acapulco.

Nadal kien irtira fil-ħames set tal-kwarti tal-finali kontra Marin Cilic f’Melbourne wara li weġġu ġenbu. “Il-mira u t-tama tiegħi kien li nilgħab f’dan it-tournament. Sfortunatament fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ, ħassejt uġigħ f’sieqi għal darba oħra,” qal it-tennist ta’ 31 sena.

Tags