Lokali

FILMAT: Nanna teħel multa ta’ €4,000 wara li attakkat u heddet il-Kap tal-iskola tal-Birgu

Il-Qorti widdbet lill-akkużata illi jekk atteġġjament bħal dan jerġa jseħħ ...

Il-Nanna ta’ student li lbieraħ ħebbet għall-Kap tal-Iskola Primarja fil-Birgu, illum tressqet il-Qorti akkużata li f’temp ta’ għaxar minuti ħebbet u kkaġunat ġrieħi ħfief lill-Kap tal-Iskola u li kisret il-paċi pubblika. In-Nanna, li għandha 47 sena, ammettiet u weħlet multa ta’ €4,000 u sentenza sospiża.

L-Avukat Jason Grima, f’isem l-imputata, talab skuża u apoloġija formali għall-aġir tagħha, u fid-dawl ta’ din l-apoloġija, ammettiet l-akkużi miġjuba kontra tagħha. Fl-awla l-akkużata qalet “Nammetti għax naf li żbaljajt.”

L-Avukat Marouscha Debono, għall-parti ċivili, talbet li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-Kap tal-Iskola.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monika Vella sabet lill-akkużata ħatja u kkundannata għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll il-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni favur il-Kap tal-Iskola għal sentejn u ordnat lill-akkużata ma tidħolx aktar ‘il ġewwa mix-xatba ta’ barra ta’ l-iskola sabiex tiġbor it-tfal.

Il-Qorti kkundannata wkoll għal multa ta’ €4,000. Il-Qorti ordnat divjett fuq isem u d-dettalji personali tal-akkużata.

Il-Kap tal-Iskola, Lorna Schembri, it-Tlieta ngħatat il-kura l-isptar minħabba l-ġrieħi u x-xokk li kellha fuqha.

Fuq facebok, it-Tlieta filgħaxija l-Kap tal-Iskola kitbet li kienet għadha taħt xokk u muġugħha. Żiedet tgħid li għadha ma tafx x’ġara eżatt, waqt li rringrazzjat lil kull min wera solidarjetà magħha.