Lokali Saħħa

IS-SEX WORK U L-ĦAXIXA: Bżonn ta’ konsultazzjoni barra mill-Parlament

"Hemm bżonn naraw xi tgħid ir-riċerka internazzjonali"

L-Assoċjazzjoni tal-Public Health Medicine (MAPHM) qed tagħmel appell qawwi sabiex fuq temi partikolari ssir diskussjoni u konsultazzjoni pubblika li tmur lil hinn mill-Parlament. Dan intqal mill-Assoċjazzjoni fi stqarrija maħruġa dalgħodu.

Wara Laqgħa Ġenerali tal-MAPHM intlaħaq qbil bejn il-membri sabiex l-assoċjazzjoni timbotta ‘l quddiem il-bżonn ta’ konsultazzjoni, kemm fejn tidħol il-kwistjoni ta’ sex work u anke dwar il-kannabis.

“Għandu jkun hemm konsultazzjoni matura, miftuħa u bla għaġla, ‘il barra mill-konfini tal-Parlament”, qalet l-istqarrija.