Kundanna mill-FKNK wara li kienu vandalizzati siġar tal-prinjol fir-Riserva tal-FKNK fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Is-siġar kienu vandalizzati bejn il-lejl tal-24 u l-25 ta’ Frar u s-siġar kienu tħawlu nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018, waqt l-attivita’ “Ingawduh u Niehdu Ħsiebu Flimkien” li kienet organiżata mill-Għaqda distrettwali tal-Mellieħa fi ħdan il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), liema Għaqda hija risponsabbli mill-amministrazzjoni tar-Riserva tal-FKNK fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Is-siġar inqalgħu mill-għeruq, minn xi persuna jew persuni mhux magħrufa.
Ftit metri biss il bogħod ġew ukoll imqaċċtin siġar tal-Bruk li tħawwlu madwar sena ilu waqt attivita’ oħra organiżata mill-istess FKNK – Mellieħa b’risq ‘Puttnu Cares.’ Filfatt, il-maġġoranza ta’ dawn is-siġar kienu tħawlu minn qraba li kienu bbenefikaw minn ‘Puttinu Cares’, flimkien ma voluntieri tal-istess ‘Puttinu Cares’.
//= $special ?>