Lokali

25 sensja f’Malta mill-kumpanija tal-farmaċewtika Alvogen

Mal-25 persuna impjegati ma’ kumpanija tal-Farmaċewtika ingħataw is-sensja. Dan kien żvelat mill-gazzetta MaltaToday li qalet li s-sussidjarja Maltija tal-kumpanija Alvogen, ibbażata fil-Life Sciences Park f’San Ġwann kienet se tnaqqas il-ħaddiema.

Il-25 persuna jammontaw għal madwar kwart tal-impjegati tal-kumpanija.

Huma saru jafu bit-tmiem tal-impjieg nhar l-Erbgha li ghadda. Għal ħafna minn dawn il-ħaddiema, dan hu t-tieni trauma għalihom għaliex ħafna mill-ħaddiema ta’ Alvogen kienu assorbiti mill-istess kumpanija fl-2015 meta l-kumpanija Actavis kienet għalqet it-taqsima tar-riċerka ftit wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Alvogen hi kumpanija multinazzjonali b’uffiċċji u fabbriki f’35 pajjiż u timpjega mal-2,800 persuna.