Żewġ riżenji importanti oħra mill-Gvern tal-Prim Ministru Robert Fico wara l-qtil ftit ġranet ilu ta’ ġurnalist. L-Erbgħa rriżenja l-Ministru tal-Kultura Marek Maďarič għaliex stqarr li ma setghħax ikun li jkun parti minn tmexxija tal-pajjiżi meta nqatel ġurnalist.
Issa mal-lista żdiedu Mária Trošková, konsulent ewlieni tal-Prim Ministru, u Viliam Jasaň, iċ-Chairman tal-Kunsill tas-sigurta tas-Slovakkja. Dan wara li isimhom deher f’artiklu li kien kiteb Jan Kuciak ta’ 27 sena li nstab mejjet fil-bidu tal-ġimgħa flimkien mal-għarusa tiegħu.
Skont il-Pulizija, madwar il-katavri nstabu balal li tpoġġew b’tali mod qisu ried jintbagħat messaġġ minn dak li wettaq il-qtil. Il-Ħamis il-Pulizija għamlet l-ewwel arresti fil-każ, tlett Taljani li jgħixu fis-Slovakkja u li kien kiteb dwarhom Kuciak. Dawn huma Antonino Vadalà, Bruno Vadalà (aħwa) u l-kuġin tagħhom, Pietro Catroppa. Dwar Vadalà, Kuciak kien kiteb dwar ir-rabtiet li għandhom mal-Mafia u ma’ politiċi ewlenin fil-pajjiż.
L-Oppożizzjoni b’reazzjoni għall-qtil ta’ Kuciak qed titlob għar-riżenja tal-Kap tal-Pulizija Tibor Gaspar, u wkoll tal-Ministru tal-Intern Robert Kalinak.
Kuciak kien jaħdem għas-sit elettroniku Aktuality.sk, li hu propjetà tal-grupp tal-midja Ġermaniż/ Żvizzeru Axel Springer u Ringier AG.
Issa fil-qtil, il-Pulizija fis-Slovakkja talbet l-għajnuna tal-Pulizija Taljana u r-Repubblika Ċeka kif ukoll l-Europol, l-aġenzija tal-Pulizija Ewropea.
Madwar is-Slovakkja, wara l-qtil ta’ Kuciak bdew isiru velji ta’ talb u parti mill-pjazza ewlenija fil-kapitali Bratislava nbidlet f’santwarju ddedikat lil Kuciak u ’l-għarusa tiegħu, bin-nies imorru kontinwament ipoġġu x-xemgħat u l-fjuri. Barra minn hekk, diversi kollegi ta’ Kuciak issa tpoġġew taħt il-protezzjoni tal-Pulizija. Kuciak kien attiv fir-rap-purtaġġ ta’ każi ta’ frodi li jinvolvu negozjanti b’rabtiet mal-Prim Ministru Robert Fico, li ġej mill-Partit Soċjal-Demokratiku. Fico min-naħa tiegħu offra miljun ewro għal informazzjoni li twassal għal dawk responsabbli tal-qtil.
Fico qed ikun il-mi-ra ta’ kritika ħarxa kemm għa-liex Kuciak kien qed jikxef korruzzjoni ta’ nies qrib tiegħu kif ukoll għaliex fil-passat ikkritika bl-aħrax lill-ġurnalisti. Skont ir-rapporti fil-midja tal-pajjiż, fost dawk li qed ikunu investigati hemm Maria Toroskova, ajjutant ewlieni tal-Prim Ministru. Imma
Fico kien pront widdeb lill-ġurnalisti biex ma jagħmlux akkużi simili jekk m’hemmx evidenza. Fico wkoll ilmenta li l-Oppożizzjoni qed tapprofitta minn dan il-qtil hekk kif diversi politiċi tal-Oppożiz-zjoni ppuntaw subgħajhom lejn il-partit Soċjo-Demokratiku fil-Gvern.
//= $special ?>

