Id-deputat Nazzjonalista, Simon Busuttil, f’Brussel attenda għal-Laqgħa tal-Kumitat Interparlamentari li ddiskuta l-impatt globali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-irwol tal-parlamenti.
Din il-laqgħa kienet organizzata mill-kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern(LIBE) tal-Parlament Ewropew b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin. Fiha saru 2 sessjonijiet fuq impatti globali, waħda tar-refuġjati u l-oħra ta’ migrazzjoni regolari u sigura
Simon Busuttil intervjena fl-ewwel sessjoni u fiha laqa’ iz-‘Zero drafts’, li ddeskriva bħala bilanċjata. L-ftehim globali se jservi bħala opportunità għall-Unjoni Ewropea biex tinfluwenza id-dibattitu fuq il-immigrazzjoni globali u tinvolvi lill-pajjiżi minn fejn jitilqu u jgħaddu dawn l-immigranti sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Għalkemm huwa suġġett sensittiv bejn il-pajjiżi msieħba, Busuttil qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tkun maqsuma fuq livell internazzjonali u b’hekk, bil-ftehim globali, l-Unjoni tista’ tasal għall-qbil u titkellem b’vuċi waħda.
L-eżitu ta’ din il-laqgħa se tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp tal-perspettiva tal-Parlament Ewropew fin-negozjati, u se timmaterjalizza f’reżoluzzjoni plenarja adottata f’Marzu li ġej.
F’din id-delegazzjoni parlamentari Maltija attenda ukoll id-deputat Stefan Zrinzo Azzopardi.
//= $special ?>