“Il-Junior College hija istituzzjoni serja, u hawnhekk irridu l-ordni u li kollox jimxi kif suppost”.
Kliem il-Prinċipal tal-Junior College Paul Xuereb, f’kummenti li ta lil NET News b’reazzjoni għall-aħbar li ġew arrestati tliet studenti li nqabdu bid-droga fil-Kulleġġ.
Il-Prinċipal spjega li meta jkun hemm suspett jew rapport ta’ xi ħaġa li ma tkunx miexja sew, l-amministrazzjoni tieħu l-pariri li jkun hemm bżonn. “F’dan il-każ, intervjenew il-Pulizija, u l-każ issa qiegħed f’iden il-Pulizija”, żied jgħid il-Prinċipal.
Filfatt, ilbieraħ kienet l-Università stess li ħarġet stqarrija biex tħabbar li kienu ġew involuti l-Pulizija f’dan il-każ. Għalkemm ma ħarġet l-ebda informazzjoni dwar x’tip ta’ droga nqabdet, mhux eskluż li din setgħet kienet kannabis.
Lanqas għadu mhu ċar jekk l-istudenti involuti ġewx sospiżi mill-Kulleġġ sakemm jitkomplew il-proċeduri bil-Pulizija.
//= $special ?>FILMAT: Studenti arrestati wara li nqabdu bid-droga fil-Junior College