Lokali

FILMAT: Jittowja karozza fuq bażi ta’ trolley tax-xiri!

Filmat li ttella’ minn sewwieq Taljan juri xufier ta’ karozza jiġbed oħra mingħajr rota ta’ wara u mingħajr numru tar-reġistrazzjoni.

B’mod innovattiv, iżda mill-iktar perikoluż, is-sewwieq iddeċieda li taħt ir-rota maqlugħa jpoġġi l-bażi ta’ trolley tax-xiri, bħalma wieħed isib f’supermarket. Taħt il-piż tal-karozza, jidher ħiereġ mhux biss duħħan imma saħansitra xrar tan-nar hekk kif ir-roti bdew jinkisru u l-ħadid imiss mal-art.

Il-filmat ta’ din il-manuvra perikoluża ttieħed f’waħda mill-iktar toroq traffikużi f’pajjiżna, Triq Aldo Moro, fil-Marsa.

Filmat: Sabri Rezk