Futbol Sport

Futbol: Neymar jasal l-isptar jumejn qabel l-operazzjoni fl-għaksa

Neymar mal-wasla tiegħu fl-isptar Mater Dei fil-Brażil

L-attakkant Brażiljan Neymar wasal l-isptar Mater Dei li jinsab f’Belo Horizonte fil-Brażil biex nhar is-Sibt ikun operat fl-għaksa.

Il-plejer ta’ Paris Saint Germain kiser is-sebgħa ż-żgħira ta’ siequ l-leminija u weġġa’ l-għaksa fir-rebħa ta’ 3-0 li ċ-champions Franċiżi kellhom kontra Marseille.

L-internazzjonali Brażiljan kellu jinbidel bi dmugħ f’għajnejh wara daħla ta’ Bouna Sarr.

It-Tlieta, missier Neymar qal li l-Brażiljan se jagħmel tal-anqas sitt ġimgħat barra, u PSG ikkonfermaw li se jagħmel operazzjoni f’pajjiżu fi tmiem il-ġimgħa.

Neymar se jitlef il-kumplament tal-istaġun, inkluż il-partita kruċjali tat-tieni leg mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League li PSG għandhom kontra Real Madrid fis-6 ta’ Marzu.

S’issa għadu mhux magħruf jekk Neymar hux se jilħaq jirkupra fil-ħin għat-Tazza tad-Dinja.